Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/15


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-589/14)

(2015/C 073/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet skont liema,

fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa, u

fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju,

ir-Renju Unit tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 36 u 40 tal- Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li diversi dispożizzjonijiet tad-Digriet Irjali ta’ implementazzjoni tal-Kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul Belġjan 1992, jissuġġetta possibbli eżenzjonijiet mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn applikabbli għall-interessi għal kundizzjonijiet li ma humiex kompatibbli mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, jiġifieri l-Artikoli 56 u 63 TFUE.

Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli, kumpannija ta’ investiment stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE hija suġġetta għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn fuq dawn l-interessi, filwaqt li kumpannija ta’ investiment stabbilita fil-Belġju tibbenefika minn eżenzjoni fuq din it-taxxa.

Fit-tieni lok, fil-qasam tal-interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana, dawn l-interessi huma suġġetti għall-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni jew fi Stat li jagħmel parti miż-ŻEE filwaqt li dawn l-interessi huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju.