27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fit-13 ta’ Jannar 2015 – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas
(Kawża C-11/15)
(2015/C 138/37)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Odvolací finanční reditelství
Konvenut: Český rozhlas
Domanda preliminari
Ix-xandir radjofoniku pubbliku, iffinanzjat mit-tariffi mħallsa skont il-liġi, li l-persuna taxxabbli hija suġġetta għalihom għar-raġuni li hija tkun is-sid jew tkun fil-pussess ta’ riċevitur tar-radju jew għal raġuni legali oħra li tagħtiha d-dritt li tuża l-imsemmi riċevitur, li l-ammont tagħhom huwa ffissat mil-liġi, jista’ jiġi kklassifikat bħala “provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas” fis-sens tal-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li għandha tiġi eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 13A(1)(q) tal-imsemmija direttiva, jew jikkostitwixxi attività mhux ekonomika li assolutament ma hijiex suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, u li lanqas ma hija suġġetta għall-eżenzjoni tat-taxxa prevista fl-Artikolu 13A(1)(q) tal-imsemmija direttiva?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.