Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Košiciach - is-Slovakkja) – Kovozber s. r. o. vs Daňový úrad Košice

(Kawża C-120/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 183 - Rimbors tal-eċċess tal-VAT - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-kalkolu ta’ interessi moratorji dwar ir-rimbors tal-eċċess ta’ VAT biss mill-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart ijiem wara l-għeluq ta’ proċedura ta’ verifika fiskali)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Košiciach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kovozber s. r. o.

Konvenut: Daňový úrad Košice

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-kalkolu ta’ interessi moratorji dwar ir-rimbors ta’ eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud biss mill-iskadenza ta’ terminu ta’ għaxart ijiem wara l-għeluq ta’ proċedura ta’ verifika fiskali.

____________

1 ĠU C 213, 29.6.2015.

init_anchors();