Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-5 ta Mejju 2015 – Stock ’94 Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

(Kawża C-208/15)

(2015/C 236/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stock ’94 Szolgáltató Zrt.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (NAV)

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 1(2), 2(1)(a) u (ċ), 14(1), 24(1), 73, 78(b) u 135(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill (1), ta’ 28 ta’ Novembru 2006 (iktar 'il quddiem id-“Direttiva VAT”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta’ oġġetti u l-għoti ta’ self magħmula abbażi ta’ kuntratt konkluż bejn integratur u persuna integrata huma tranżazzjonijiet distinti u indipendenti (“distinct and independent”) għall-finijiet tat-taxxa tal-VAT, jew fis-sens li huma jiffurmaw f’dan ir-rigward tranżazzjoni waħda (“single”), peress li l-bażi taxxabbli tikkostiwixxi b’hekk il-korrispettiv tal-oġġett u l-interessi tas-self mogħti?

2)

Jekk it-tieni interpretazzjoni hija konformi mad-Direttiva VAT, l-imsemmija direttiva tista’ għaldaqstant, fir-rigward ta’ tranżazzjoni waħda (“single”) li tinkludi kemm il-provvista ta’ oġġetti suġġetti għall-VAT u l-provvista ta’ servizzi eżenti mill-VAT, tiġi interpretata fis-sens li t-tranżazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ applikazzjoni ġenerali tal-VAT? Jekk iva, fuq liema kriterji?

3)

Ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun differenti, u, jekk iva, sa fejn, jekk l-integratur, abbażi tal-kuntratt, jista’ jipprovdi lill-persuna integrata, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, servizzi supplimentari, jew jista’ jixtri l-produzzjoni agrikola tiegħu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).