Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Giuseppe Astone

(Kawża C-332/15)

(2015/C 320/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Treviso

Parti fil-kawża prinċipali

Giuseppe Astone

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Unjoni ċċitata fil-motivi, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, fis-seħħ fl-Italja (Artikolu 19 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972), jeskludu, inkluż fil-qasam kriminali, li l-persuna taxxabbli tista’ teżerċita d-dritt għal tnaqqis jekk hija ma’ ppreżentatx dikjarazzjoni tal-VAT, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni dwar it-tieni sena wara dik li fiha d-dritt għal tnaqqis beda?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28. Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif interpretati mill-ġurisprudenza Komunitarja ċċitata fil-motivi, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, fis-seħħ fl-Italja (Artikoli 25 u 39 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972), jeskludu, inkluż fil-qasam kriminali, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tat-tnaqqis tal-VAT, fatturi imħallsa li l-persuna taxxabbli bl-ebda mod ma rreġistra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il- valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).