Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Landkreis Potsdam-Mittelmark vs Finanzamt Brandenburg

(Kawża C-400/15)

(2015/C 363/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Potsdam-Mittelmark

Konvenuta: Finanzamt Brandenburg

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tal-Umsatzsteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ) tipprevedi li l-kunsinna, l-importazzjoni jew l-akkwist intra-Komunitarji ta’ oġġetti li imprenditur juża fin-negozju tiegħu f’perċentwali ta’ inqas minn 10 % ma għandhomx jitqiesu li saru għan-negozju tiegħu – u għalhekk teskludi t-tnaqqis tal-VAT tal-input.

Din ir-regola hija bbażata fuq l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2004 (2004/817/KE (1)), li tawtorizza lill-Ġermanja, b’deroga għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, teskludi l-ispejjeż relatati ma’ tali oġġetti u servizzi mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT imposta fuqhom meta l-perċentwali tal-użu tagħhom għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli jew għal dawk tal-persunal tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, għal finijiet mhux relatati man-negozju tagħha, tkun ogħla minn 90 % tal-użu totali tagħhom.

Din l-awtorizzazzjoni – skont il-formulazzjoni tagħha – tapplika unikament għall-każijiet koperti mill-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (Artikolu 26 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud), jew tapplika wkoll fil-każijiet kollha li fihom oġġett jew servizz jintuża biss parzjalment għal skopijiet tan-negozju?


(1)  ĠU L 333M, 11.12.2008, p. 213.