Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2015 – TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

(Kawża C-412/15)

(2015/C 398/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgerichts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH.

Konvenut: Finanzamt Kassel II – Hofgeismar

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ demm tinkludi wkoll il-provvista ta’ plażma miksuba mid-demm?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: dan japplika wkoll għall-plażma intiża, mhux għal użu terapewtiku dirett, iżda esklużivament għall-produzzjoni ta’ mediċini?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: il-klassifikazzjoni tal-plażma bħala “demm” għandha tiddependi biss mill-użu intenzjonat tagħha jew għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-użu teoretiku li jista’ jsir minnha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).