Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-471/15)

(2015/C 363/32)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sjelle Autogenbrug I/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, parts minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li impriża ta’ vetturi użati mill-ġdid irreġistrata għall-finijiet tal-VAT tneħħi minn vettura bil-għan li tbiegħ mill-ġdid bħala spare parts, jistgħu jitqiesu bħala oġġetti użati kif imsemmija fl-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (Direttiva tal-VAT)?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.