Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

21.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C-496/15)

(2015/C 429/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alphonse Eschenbrenner

Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit

Domandi preliminari

1)

Huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni [b’mod partikolari l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2001 (1)] li, fir-rigward ta’ ħaddiem li inizjalment kien impjegat fil-Ġermanja, li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, li ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja u li, skont dispożizzjonijiet li japplikaw għalih, ma huwiex responsabbli mill-ħlas tat-taxxa fuq benefiċċju għal insolvenza, li, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegah, titnaqqas b’mod fittizju, mis-salarju li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju għal insolvenza li għandu dritt għalih, it-taxxa li kienet tinġabar mir-remunerazzjoni kieku l-ħaddiem kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja, meta huwa ma jistax iktar jitlob mingħand il-persuna li timpjegah parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ikun hemm kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni, jekk il-ħaddiem li jsib ruħu fis-sitwazzjoni preċedentement deskritta jkun jista’ jibqa’ jinvoka kontra l-persuna li timpjegah id-dejn li jikkorrispondi mal-parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta?


(1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).