Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alfödi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-564/15)

(2016/C 090/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tibor Farkas

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alfödi Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-prassi amministrativa bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ungeriża fuq il-VAT, li skontha l-awtoritajiet fiskali għandhom jistabbilixxu differenzjali ta’ taxxa li għandha titħallas mix-xerrej tal-beni (jew mid-destinatarju ta’ servizz) minħabba tranżazzjoni li tirriżulta mit-tassazzjoni permezz ta’ awtolikwidazzjoni fejn il-fornitur tal-beni (jew il-persuna li tipprovdi s-servizz) joħroġ il-fattura taħt it-taxxa ordinarja, jiddikjara u jħallas il-VAT imniżżla fil-fattura lit-teżor pubbliku, filwaqt li l-persuna li qed tixtri l-beni (jew id-destinatarju tas-servizz) tnaqqas il-VAT imħallsa lill-persuna li toħroġ il-fattura filwaqt li hija ma tistax teżerċita d-dritt għal tnaqqis fir-rigward tal-VAT stabbilita bħala differenzjali ta’ taxxa, tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT (1), u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-għan tal-prevenzjoni tal-frodi fiskali?

2)

Id-determinazzjoni ta’ differenzjali ta’ taxxa li tagħti lok ukoll għall-obbligu ta’ ħlas ta’ multa fiskali li tammonta għal 50 % tal-imsemmi differenzjali hija sanzjoni proporzjonali għall-għażla tal-metodu ta’ tassazzjoni żbaljat meta t-teżor pubbliku ma jkunx ġarrab telf fid-dħul fiskali u meta ma jkunx hemm indikazzjoni ta’ abbuż?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)