Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-23 ta’ Novembru 2015 – Litdana UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-624/15)

(2016/C 048/26)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Litdana UAB

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

1)

Hemm lok li tiġi awtorizzata, skont l-Artikoli 314(a) u 226(11) tad-Direttiva 2006/112 (1) kif ukoll skont l-Artikoli 314(d) u 226(14) ta’ din id-direttiva, leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew prassi nazzjonali bbażata fuqha li tipprojbixxi lil persuna taxxabbli tapplika l-iskema ta’ marġni fil-qasam tal-VAT minħabba li, waqt kontroll fiskali mwettaq mill-awtorità tat-taxxa, irriżulta li informazzjoni/data ineżatta dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta’ marġni fil-qasam tal-VAT u/jew dwar eżenzjoni mill-VAT kienet tinsab fil-fatturi tal-VAT relatati mal-oġġetti kkunsinnati, filwaqt li l-persuna taxxabbli ma kinitx taf dwar dan u ma setgħetx tkun tafu?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, minkejja li l-fattura tal-VAT tindika li l-oġġetti huma eżenti mill-VAT (Artikolu 226(11) tad-Direttiva 2006/112) u/jew li l-bejjiegħ applika l-iskema ta’ marġni sabiex jikkunsinna l-oġġetti (Artikolu 226(14) tad-Direttiva 2006/112), il-persuna taxxabbli tikseb id-dritt li tapplika l-iskema ta’ marġni ta’ VAT biss jekk il-fornitur tal-oġġetti japplika realment l-iskema ta’ marġni u jwettaq debitament l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-ħlas tal-VAT (iħallas il-VAT fl-Istat tiegħu abbażi tal-marġni)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta[t-]28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).