Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Lulju 2015 – Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie vs ESET spol. s r. o. sp. z o. o., oddział w Polsce

(Kawża C-393/15)

(2015/C 337/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie

Konvenuta: ESET spol. s r. o. sp. z o. o., oddział w Polsce

Domanda preliminari

L-Artikoli 168 u 169(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ma jipprekludux, fil-każ ta’ fergħa li għall-finijiet tal-VAT hija rreġistrata fi Stat Membru u li prinċipalment twettaq tranżazzjonijiet bejn entitajiet fi ħdan l-istess kumpannija għal kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru ieħor u li kultant twettaq anki tranżazzjonijiet taxxabbli fl-Istat fejn il-fergħa hija rreġistrata, lill-persuna taxxabbli milli tkun intitolata tnaqqas taxxa tal-input fl-Istat li fih hija rreġistrata l-fergħa, minkejja l-fatt li t-taxxa hija marbuta ma’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-kumpannija parent fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU L 347, p. 1.