Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Euro Tyre BV vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-21/16)

(2016/C 118/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Tyre BV

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 131 u 138(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta li tagħti eżenzjoni tal-VAT fir-rigward ta’ provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti, lil bejjiegħ residenti f’dan l-Istat Membru, minħabba li jirriżulta li x-xerrej, residenti fi Stat Membru ieħor ma huwiex irreġistrat fil-VIES (2), u lanqas ma jaqa’ taħt sistema ta’ tassazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji ta’ oġġetti, minkejja li jkollu, fil-mument tat-tranżazzjoni, numru ta’ identifikazzjoni validu, għal skopijiet ta’ VAT, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, liema numru jkun intuża fil-fatturi tat-tranżazzjonijiet, meta r-rekwiżiti materjali ta’ provvista intra-Komunitarja jkunu vverifikati b’mod kumulattiv, jiġifieri, meta d-dritt li persuna tiddisponi mill-oġġett bħala proprjetarju jkun ġie ttrasferit mix-xerrej u l-fornitur juri li dan l-oġġett intbagħat jew ġie ttrasportat lejn Stat Membru ieħor u li, f’din l-ispedizzjoni jew dan it-trasport, l-istess oġġett ikun ħareġ fiżikament mit-territorju tal-Istat Membru ta’ provvista minn xerrej taxxabbli jew persuna ġuridika li tkun qed taġixxi bħala tali fi Stat Membru li ma huwiex dak li minnu ħarġu l-oġġetti?

2)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112 fis-sens li l-eżenzjoni tiġi rrifjutata f’sitwazzjoni li fiha bejjiegħ residenti fi Stat Membru, kien jaf li x-xerrej, residenti fi Stat Membru ieħor, minkejja li għandu numru ta’ identifikazzjoni validu, għal skopijiet ta’ VAT, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, ma kienx irreġistrat fil-VIES u lanqas ma kien jaqa’ taħt sistema ta’ tassazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji ta’ oġġetti, iżda kellu l-aspettattiva li kien se jiġi rreġistrat bħala operatur intra-Komunitarju b’mod retroattiv?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  VAT Information Exchange System.