Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Jannar 2016 – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-26/16)

(2016/C 136/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, jipprekludi li regoli tad-dritt nazzjonali [Artikoli 1(e) u 14(b) tas-Sistema tal-VAT fit-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji] jirrikjedu, sabiex tiġi rikonoxxuta l-eżenzjoni tal-VAT fir-rigward tal-kunsinna ta’ mezzi ta’ trasport ġodda mwettqa b’korrispettiv ta’ ħlas u ttrasportati mix-xerrej mit-territorju nazzjonali lejn Stat Membru ieħor, li x-xerrej ikun stabbilit jew residenti f’dan l-Istat Membru?

2)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, jipprekludi li tiġi rrifjutata l-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ tluq tal-kunsinna f’sitwazzjoni fejn il-mezz ta’ trasport akkwistat ikun ġie ttrasportat minn Spanja fejn kien suġġett għal reġistrazzjoni turistika, ta’ natura provviżorja u taħt ir-reġim fiskali previst fl-Artikoli 8 sa 11, 13 u 15 tar-Real Decreto Spanjol Nru 1571/1993, tal-10 ta’ Settembru?

3)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, jipprekludi li jiġi rikjest il-ħlas tal-VAT lill-fornitur tal-mezz ta’ trasport ġdid, f’sitwazzjoni fejn la ġie kkonstatat jekk waqfux japplikaw ir-regoli ta’ reġistrazzjoni turistika għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Real Decreto Spanjol Nru 1571/1993, tal-10 ta’ Settembru, u lanqas jekk tħallasx jew għandux jitħallas il-VAT fil-każ li dawn ir-regoli jkunu waqfu japplikaw?

4)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u l-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jipprekludu li jiġi rikjest il-ħlas tal-VAT mill-fornitur tal-mezz ta’ trasport ġdid mibgħut minn Stat Membru ieħor f’sitwazzjoni fejn:

ix-xerrej, qabel l-ispedizzjoni, qal lill-fornitur li jirrisjedi fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-kunsinna u werielu dokument li juri li ġie attribwit lilu numru ta’ identità ta’ resident barrani f’dan l-Istat Membru, li fiha kienet indikata residenza f’dan l-aħħar Stat Membru li kienet differenti minn dik li qal li kellu;

ix-xerrej sussegwentement wera lill-fornitur dokumenti li juru li l-mezz ta’ trasport akkwistat kien ġie ssuġġettat għal inspezzjoni teknika fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni u hemmhekk kienet ġiet attribwita reġistrazzjoni turistika lill-mezz ta’ trasport;

ma ġiex ipprovat li l-fornitur kien ikkollabora max-xerrej fis-sens tal-evitar tal-ħlas tal-VAT;

id-dipartimenti doganali ma qajmu ebda ostakolu għall-annullament tad-dikjarazzjoni doganali tal-vettura abbażi tad-dokumenti li l-fornitur kellu fil-pussess tiegħu?-


(1)  ĠU L 347, p. 1