Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kuria (l-Ungerija) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Magyar Villamos Művek Zrt. (MVM) vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-28/16)

(2016/C 156/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kuria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magyar Villamos Művek Zrt. (MVM)

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Kumpannija holding li hija attiva fil-ġestjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sussidjarji u tal-grupp ta’ kumpanniji kollu kemm hu, iżda li ma tgħaddix fuq is-sussidjarji la l-prezz imħallas għas-servizzi li hija użat fil-kuntest tal-attività ta’ kumpannija holding attiva tagħha u lanqas il-VAT fuq l-imsemmija servizzi, hija persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT fir-rigward ta’ dawn is-servizzi?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, tista’ l-kumpannija holding attiva, u, fl-affermattiv, b’liema mod, teżerċita d-dritt tagħha għat-tnaqqis tal-VAT relatata mas-servizzi użati minnha f’relazzjoni diretta mal-attività ekonomika suġġetta għall-VAT ta’ kull sussidjarja?

3)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, tista’ l-kumpannija holding attiva, u, fl-affermattiv, b’liema mod, teżerċita d-dritt tagħha għat-tnaqqis tal-VAT relatata mas-servizzi użati fl-interessi tal-grupp kollu ta’ kumpanniji?

4)

Għandhom jinbidlu, u, fl-affermattiv, sa fejn, ir-risposti għad-domandi preċedenti meta l-kumpannija holding attiva titlob, min-naħa tagħha, ħlas mingħand is-sussidjarji għas-servizzi użati inkwistjoni bħala servizzi intermedjarji?