Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2016 – Minister Finansów vs Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP, stabbilita f’Varsavja (SAWP)

(Kawża C-37/16)

(2016/C 145/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Stowarzyszenie Artystów Wykonawców Utworów Muzycznych i Słowno-Muzycznych SAWP, stabbilita f’Varsavja (SAWP)

Domandi preliminari

1)

L-awturi, l-artisti u l-entitajiet awtorizzati oħra jipprovdu servizzi, fis-sens tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), lil produtturi u importaturi ta’ reġistraturi awdjo u apparat ieħor simili u medja vojta, li fuqhom organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva jiġbru għal dawn l-awturi, artisti u entitajiet awtorizzati oħra, iżda f’isimhom stess, drittijiet fuq tali apparat u mezzi tal-medja permezz tal-bejgħ tagħhom?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, meta organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva jimponu dritt fuq apparat u mezzi ta’ medja permezz tal-bejgħ tagħhom fuq il-produtturi u l-importaturi, dawn ikunu qegħdin jaġixxu bħala persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li huma meħtieġa jiddokumentaw dawn l-attivitajiet permezz ta’ fattura fis-sens tal-Artikolu 220(1)(1) ta’ din id-direttiva, maħruġa lill-produtturi u lill-importaturi ta’ reġistraturi awdjo u apparat ieħor simili u medja vojta, li turi li l-VAT hija dovuta permezz tad-drittijiet miġbura, u, fil-mument tad-distribuzzjoni mill-ġdid tad-drittijiet miġbura lill-awturi, artisti u entitajiet awtorizzati oħra, dawn tal-aħħar huma meħtieġa jiddokumentaw il-ħlas tad-drittijiet permezz ta’ fattura li tindika l-VAT mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni kollettiva li jiġbru d-drittijiet?


(1)  ĠU L 347, p. 1.