Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (L-Italja) fil-15 ta’ April 2016 – Bimotor SpA vs Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino

(Kawża C-211/16)

(2016/C 251/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bimotor SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate - Direzione Provinciale II di Torino

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-VAT (Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, kif emendata bid-Direttiva 2002/38/KE (2) u bid-Direttiva 2006/112/KE (3)) tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – bħall-Artikolu 34(1) tal-liġi tat-23 ta’ Diċembru 2000, Nru 388 – li tistabbilixxi li r-rimbors tal-krediti tal-VAT jew il-kumpens għalihom huma awtorizzati għal sena fiskali partikolari, mhux fl-intier tagħhom, iżda biss sa ċertu limitu ddeterminat minn qabel?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta, Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, li temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward tal-aġġustamenti fit-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli fuq is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u xi servizzi forniti b’mezzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 358).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).