25.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Avon Cosmetics Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-305/16)
(2016/C 270/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Avon Cosmetics Ltd
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1. |
Meta bejjiegħ dirett ibiegħ oġġetti (iktar 'il quddiem “għajnuna għal bejgħ”) lil bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati jew il-bejjiegħ mill-ġdid mhux irreġistrat jixtri oġġetti u servizzi minn terzi (iktar 'il quddiem “oġġetti u servizzi ta’ terzi”) li fiż-żewġ każijiet huma użati mill-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati sabiex jassistu l-attività ekonomika tagħhom ta’ bejgħ ta’ oġġetti oħra li huma wkoll mixtrija mill-bejjiegħ dirett u huma s-suġġett ta’ ftehimiet amministrattivi maħruġa skont deroga awtorizzata l-iktar reċenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 1989 (89/534/KEE (1)) (iktar 'il quddiem id-“deroga”), l-awtorizzazzjonijiet rilevanti, li jimplementaw leġiżlazzjoni jew ftehimiet amministrattivi imorru kontra d-dispożizzjonijiet rilevanti u/jew il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sa fejn jirrikjedu li l-bejjiegħ dirett jikkalkola t-taxxa tal-output fuq il-prezz tal-bejgħ tal-oġġetti l-oħra tal-bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati mingħajr ebda tnaqqis għall-VAT sostnuta mill-bejjiegħ mill-ġdid mhux irreġistrat fuq tali għajnuna għal bejgħ u/jew oġġetti u servizzi ta’ terzi? |
2. |
Ir-Renju Unit għandu xi obbligu li jinforma lill-Kummissjoni, meta jitlob awtorizzazzjoni mill-Kunsill għad-deroga, li bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati sostnew il-VAT fuq ix-xiri ta’ għajnuna għal bejgħ u/jew ta’ oġġetti u servizzi ta’ terzi użati għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u li, għaldaqstant, ftehim li jirrifletti din il-taxxa tal-input li ma tistax tiġi rkuprata, jew it-taxxa tal-output mħallsa indebitament, għandu jkun previst fid-deroga? |
3. |
Fil-każ li r-risposta għad-domandi 1 u/jew 2 iktar 'il fuq hija fl-affermattiv:
|
4. |
Skont l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva (Artikolu 395 tad-direttiva prinċipali tal-VAT), it-“[taxxa] evaż[a] […] jew evitat[a]” għandha tiġi kkwantifikata bħala t-telf nett mit-taxxa (billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm it-taxxa tal-output imħallsa kif ukoll it-taxxa tal-input li tista’ tiġi rkuprata fil-kuntest li jagħti lok għat-taxxa evaża jew evitata) lill-Istat Membru jew it-telf gross mit-taxxa (billi tittieħed inkunsiderazzjoni biss it-taxxa tal-output fil-kuntest li jagħti lok għat-taxxa evaża jew evitata) lill-Istat Membru? |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-24 ta’ Mejju 1989, li tawtorizza lir-Renju Unit sabiex japplika, fir-rigward ta’ ċerti provvisti lil bejjiegħa mill-ġdid mhux irreġistrati, miżura li tidderoga mill-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 280, p. 54)