24.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L. vs Finanzamt Neuss
(Kawża C-374/16)
(2016/C 392/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L.
Konvenut: Finanzamt Neuss
Domandi preliminari
1) |
Fattura meħtieġa għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tkun tindika l-“indirizz sħiħ” fis-sens tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jekk il-fornitur jindika, fil-fattura maħruġa għall-provvista pprovduta, indirizz fejn jista’ jiġi kkuntattjat, iżda fejn ma titwettaq ebda attività ekonomika? |
2) |
L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, jipprekludu prassi nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-bona fide tal-benefiċjajru tal-provvista fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet applikabbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa biss barra mill-proċedura ta’ stima tat-taxxa, fil-kuntest ta’ proċedura separata ta’ ekwità? L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jistgħu jiġu invokati? |
(1) ĠU L 347, p. 1