Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Lulju 2016 – UAB “Toridas” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos u Kauno apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

(Kawża C-386/16)

(2016/C 343/47)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Toridas”

Konvenuti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos, Kauno apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 138(1), l-Artikolu 140(a) u (jew) l-Artikolu 141 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqrija, b’mod partikolari, flimkien mal-Artikoli 33 u 40 tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża (prinċipali) preżenti, kunsinna ta’ merkanzija mwettqa minn persuna taxxabbli stabbilita fl-ewwel Stat Membru hija eżenti mit-taxxa meta, qabel ma jikkonkludi din it-tranżazzjoni kkostitwita minn kunsinna, ix-xerrej (persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT fit-tieni Stat Membru) jesprimi l-intenzjoni li immedjatament ibigħ mill-ġdid il-merkanzija lil persuna taxxabbli stabbilita fit-tielet Stat Membru, qabel ma jittrasportaha mill-ewwel Stat Membru, fejn din il-merkanzija tiġi sussegwentement ittrasportata (mibgħuta) lejn dan it-tielet Stat Membru?

2)

Il-fatt li, qabel it-trasport tagħha lejn it-tielet Stat Membru, parti mill-merkanzija kienet ġiet ipproċessata fuq ordni tal-persuna taxxabbli stabbilita (identifikata għall-finijiet tal-VAT) fit-tieni Stat Membru għandu importanza għall-finijiet tal-ewwel domanda?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.