Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-15 ta’ Lulju 2016 – T-2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (attwalment fi stralċ) vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-396/16)

(2016/C 335/57)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (attwalment fi stralċ)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

It-tnaqqis tal-obbligi abbażi tal-omologazzjoni, b’digriet li sar res judicata, tal-arranġament ġuridiku msemmi fil-proċedura prinċipali għandu jitqies li huwa tibdil fil-fatturi użati għad-determinazzjoni tal-ammont tal-input VAT li għandu jitnaqqas, fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-VAT (1) jew inkella bħala sitwazzjoni differenti, fejn it-tnaqqis huwa ogħla jew inqas minn dak li kienet intitolata għalih il-persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-VAT?

2)

It-tnaqqis tal-obbligi abbażi tal-omologazzjoni, b’digriet li sar res judicata, tal-arranġament ġuridiku msemmi fil-proċedura prinċipali għandu jitqies li huwa nuqqas ta’ ħlas parzjali, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-VAT?

3)

Fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi imposti mil-leġiżlatur tal-Unjoni u mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 186 tad-Direttiva tal-VAT, sabiex Stat Membru jeżiġi aġġustament tat-tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas totali jew parzjali ta’ ħlas, kif jippermetti t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-direttiva, għandu dan l-Istat Membru jipprevedi speċifikament, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas jew saħansitra jinkludi fiha l-arranġament ġuridiku omologat li sar res judicata (jekk dan jaqa’ taħt il-kunċett ta’ nuqqas ta’ ħlas)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).