Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-399/16)

(2016/C 371/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olanda

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X NV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 43 u 48 KE (issa l-Artikoli 49 u 54 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru ma tistax ddaħħl fil-kontijiet ebda telf tal-kambju fuq l-ammont li hija investiet f’sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li hija tkun tista’ tagħmel dan jekk is-sussidjarja kienet ġiet inkluża f’entità fiskali waħda – li għandha l-karatteristiċi li huma dawk tal-entità fiskali waħda Olandiża – ma’ din il-kumpannija parent stabbilita fl-imsemmi l-ewwel Stat Membru, u dan b’konsegwenza tal-konsolidazzjoni fi ħdan l-entità fiskali waħda?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jista’ jew għandu, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-telf fil-kambju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, wieħed jitlaq mill-prinċipju li ser jiġu inklużi fl-entità fiskali waħda anki s-sussidjarji (waħda jew diversi mis-sussidjarji), diretti jew indiretti, stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u miżmuma indirettament, permezz ta’ din is-sussidjarja [imsemmija fl-ewwel domanda], mill-kumpannija parent inkwistjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, hemm lok li jiġi kkunsidrat biss it-telf fil-kambju li, fil-każ li jkun inkluż fl-entità fiskali waħda tal-kumpannija parent, kien seħħ fis-snin kontenzjużi, jew hemm lok ukoll li jiġu kkunsidrati wkoll ir-riżultati tal-kambju li seħħew fis-snin preċedenti?