1)
|
a)
|
L-Artikolu 220(1) u(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dħul fil-kontijiet tal-ammont tad-dazji dovuti kkonstatati mill-awtoritajiet huwa meqjus li seħħ fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet dwar id-dħul fil-kontijiet jew id-determinazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tad-dazji, irrispettivament mill-kontestazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja ta’ din id-deċiżjoni?
|
b)
|
L-Artikoli 236 u 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn meta l-awtoritajiet adottaw deċiżjoni li ddaħħal fil-kontijiet l-ammont tad-dazji inkwistjoni u minn meta imponew fuq id-debitur l-obbligu li jħallashom (hekk kif għamelt l-amministrazzjoni nazzjonali f’dan il-każ), filwaqt li kontra din id-deċiżjoni d-debitur ikun ippreżenta rikors amministrattiv u ġudizzjarju, dan tal-aħħar għandu simultanjament jitlob il-maħfra jew ir-rimbors ta’ dawn id-dazji skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 236 jew 239 tar-regolament (jew inkella l-kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fil-kawża preżenti tista’ wkoll titqies li hija talba għal maħfra/rimbors)? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, x’differenza sostanzjali hemm bejn l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet dwar id-dħul fil-kontijiet u dwar l-obbligu ta’ ħlas tad-dazji, minn naħa, u l-kwistjoni li għandha tiġi deċiża fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 236, min-naħa l-oħra?
|
ċ)
|
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni nazzjonali li timponi l-ħlas tad-dazji u t-tul ta’ din il-proċedura jestendu t-terminu għat-tressiq ta’ talba għall-maħfra jew għar-rimbors tad-dazji (jew jiġġustifikaw it-tardività tagħha)?
|
d)
|
Jekk, fil-kawża preżenti, il-kwistjoni tad-dħul fil-kontijiet jew tal-maħfra għandha tiġi deċiża irrispettivament mid-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ Stat Membru ieħor (f’dan il-każ il-Finlandja), l-awtoritajiet jew il-qorti għandhom, fid-dawl tal-Artikolu 869(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, u tal-eventwali ammont dazji fil-kawża inkwistjoni, iressqu quddiem il-Kummissjoni Ewropea l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ dħul fil-kontijiet jew tal-maħfra tad-dazji?
|
|