Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Finanzamt Bingen-Alzey vs Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

(Kawża C-462/16)

(2016/C 402/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Bingen-Alzey

Konvenuta: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

Kumpannija farmaċewtika li tipprovdi prodotti mediċinali hija intitolata, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (sentenza Elida Gibbs tal-24 ta’ Ottubru 1996, C-317/94 (1)) u wara li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament taħt id-dritt tal-Unjoni, għal tnaqqis fuq l-ammont taxxabbli skont l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), meta

tipprovdi dawn il-prodotti mediċinali lill-ispiżeriji permezz ta’ grossisti,

l-ispiżeriji jipprovdu dawn il-prodotti, li huma taxxabbli, lil persuni b’assigurazzjoni għall-mard privata,

l-assiguratur ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż mediċi (kumpannija privata ta’ assigurazzjoni għall-mard) tirrimborsa l-ispejjeż tal-assigurat tagħha għax-xiri ta’ prodotti mediċinali, u

il-kumpannija farmaċewtika hija obbligata mis-sistema legali sabiex tagħti “skont” lill-assigurazzjoni għall-mard privata?


(1)  ECLI:EU:C:1996:400; Ġabra p. I-5339, punti 28, 31.

(2)  ĠU L 347, p. 1.