Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2016 – “Entertainment Bulgaria System” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-507/16)

(2016/C 441/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Entertainment System Bulgarija” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 214 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-kuntest tad-dritt għat-tnaqqis għandu jingħata piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT, jew, rispettivament, fis-sens li jipprekludu lill-Istati Membri milli jagħtu piż differenti lill-ipoteżijiet ta’ identifikazzjoni, bħalma huwa l-każ fid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97a u fl-Artikolu 70(4) taz-Zakon za danaka varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem iz-“ZDDS”)?

2.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna, identifikata skont l-Artikolu 214(1)(e) tad-Direttiva 2006/12, ma għandhiex dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input tal-VAT imħallsa minnha fir-rigward ta’ provvisti ta’ servizzi, imwettqa minn persuni taxxabbli minn Stati Membri oħra, f’sitwazzjoni fejn tuża dawn l-istess provvisti għat-twettiq ta’ provvisti ta’ servizzi fi Stati Membri oħra u fejn ikunu ssodisfatti r-rekwiżiti sostantivi u proċedurali l-oħra għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis?

3.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 169(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 70(4) taz-ZDDS, li fl-ebda każ ma jirriżulta dritt għal tnaqqis ta’ kreditu fiskali għal persuna taxxabbli, identifikata għall-finijiet tal-VAT fuq il-bażi tal-Artikolu 214(1)(d) jew (e), u mhux fuq il-bażi tal-Artiklu 214(1)(a) tad-Direttiva 2006/112?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).