Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

(Kawża C-549/16)

(2017/C 030/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxa tal-boll (fuq kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetà kummerċjali msemmija fl-Artikolu 40 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 131, tas-26 ta’ April 1986, u fl-Artikolu 5(1)(a bis) tal-ewwel parti tal-iskeda ta’ tariffi tiegħu) jistgħu jinġabru kumulattivament, jew inkella fis-sens li din l-aħħar taxxa għandha n-natura ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?


(1)  ĠU L 347, p. 1.