Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Dávid Vámos vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-566/16)

(2017/C 104/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Nyíregyházi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dávid Vámos

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domanda preliminari

Hija konformi mad-dritt tal-Unjoni leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-awtorità tat-taxxa tista’ teskludi, fil-kuntest ta’ verifika fiskali a posteriori, il-possibbiltà li tingħażel l-eżenzjoni soġġettiva, abbażi tal-fatt li l-persuna taxxabbli għandha din il-possibbiltà biss fil-mument tad-dikjarazzjoni tal-bidu tal-attività taxxabbli tagħha?