Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

13.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Novembru 2016 – Firma Hans Bühler KG

(Kawża C-580/16)

(2017/C 078/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Hans Bühler KG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva 2006/112, li minnu jiddependi, konformement mal-Artikolu 42 (moqri flimkien mal-Artikolu 197) tad-Direttiva 2006/112, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni minnu prevista ma hijiex issodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih il-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, inkluż meta din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni?

2)

L-Artikoli 42 u 265, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112, għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija biss is-sottomissjoni fi żmien xieraq tad-dikjarazzjoni li tirrikapitola li twassal għan-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2006/112?