Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-28 ta’ Novembru 2016 – Giovanna Judith Kerr vs Fazenda Pública

(Kawża C-615/16)

(2017/C 151/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Giovanna Judith Kerr

Konvenuta: Fazenda Pública

Domanda preliminari

[…] L-Artikoli 135(1)(f) u 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu biss il-partijiet f’kuntratti ta’ bejgħ ta’ drittijiet ta’ użu fuq proprjetajiet immobbli li ġew konklużi, jew jistgħu jiġu interpretati wkoll fis-sens li jinkludu, bl-istess mod, l-attività implementata mir-rikorrenti li tikkonsisti fil-ġbir ta’ klijenti u fil-promozzjoni tas-servizzi, sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tal-bejgħ rispettiv min-naħa tal-impriża li tbigħ id-drittijiet, skont id-direttivi prestabbiliti u l-limiti stabbiliti fuq skontijiet u offerti promozzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).