Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (Id-Danimarka) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – A/S Bevola u Jens W. Trock ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-650/16)

(2017/C 063/25)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A/S Bevola u Jens W. Trock ApS

Konvenuti: Skatteministeriet

Domandi preliminari

L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi sistema fiskali nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, timplika l-possibbiltà ta’ tnaqqis tat-telf tal-fergħat nazzjonali filwaqt li tali possibbiltà ta’ tnaqqis ma teżistiex għat-telf tal-fergħat stabbiliti fi Stati Membri oħra, u dan anki f’kundizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 55 u 56 tas-sentenza tagħha, Marks & Spencer, C-446/03 (1), sakemm il-grupp ma għażilx integrazzjoni fiskali internazzjonali skont il-kundizzjonijiet kif deskritti fil-kawża prinċipali?


(1)  Sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, EU:C:2005:763.