Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß

(Kawża C-660/16)

(2017/C 086/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Dachau

Konvenut: Achim Kollroß

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżiti applikabbli għaċ-ċertezza tal-eżekuzzjoni ta’ provvista ta’ servizzi, bħala kundizzjoni għat-tnaqqis tat-taxxa relatata ma’ pagament akkont skont is-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2014, FIRIN (C-107/13, EU:C:2014:151), mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti b’mod purament oġġettiv jew għandhom jiġu stabbiliti mill-perspettiva tal-persuna taxxabbli li għamlet il-pagament akkont fid-dawl taċ-ċirkustanzi li hija setgħet taf bihom?

2)

Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112//KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), id-dritt għal tnaqqis joriġina fl-istess mument li fih issir eżiġibbli t-taxxa u, fid-dawl tal-kompetenzi leġiżlattivi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) u l-Artikolu 186 ta’ din id-direttiva jagħtu lill-Istati Membri, dawn tal-aħħar huma awtorizzati li jissuġġettaw kemm l-aġġustament tat-taxxa kif ukoll l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input għar-rimbors tal-pagament akkont?

3)

Iċ-ċentru tat-taxxi kompetenti fir-rigward tal-persuna taxxabbli li għamlet il-pagament akkont għandu jirrimborsa t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ meta din tal-aħħar ma tistax tirkupra l-pagament akkont mingħand il-benefiċjarju tal-pagament akkont? Fl-affermattiv, dan għandu jseħħ fil-kuntest tal-proċedura ta’ ffissar, jew proċedura ta’ ekwità separata hija suffiċjenti għal dan il-għan?


(1)  ĠU L 347, p. 1.