3.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (ir-Rumania) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Lucrețiu Hadrian Vădan vs Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Alba
(Kawża C-664/16)
(2017/C 104/41)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Alba Iulia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lucrețiu Hadrian Vădan
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor u Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Alba
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2006/112 (1) b’mod ġenerali u l-Artikoli 167, 168, 178, 179 u 273 tagħha b’mod partikolari kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lil persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet sostantivi għat-tnaqqis tal-VAT tibbenefika mid-dritt tagħha għat-tnaqqis, meta, f’kuntest speċifiku bħal dak tal-kawża prinċipali, l-imsemmija persuna taxxabbli ma tkunx f’pożizzjoni li tipproduċi l-prova tas-somom imħallsa bil-quddiem għal kunsinni ta’ beni u għal provvisti ta’ servizzi billi turi rċevuti fiskali? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità jistgħu jiġu interpretati fis-sens li modalità ta’ stima indiretta (permezz ta’ perizja legali), imwettqa minn espert indipendenti abbażi tal-kwantità ta’ xogħlijiet u ta’ ħaddiema li tirriżulta mill-perizja dwar il-bini tista’ tikkostitwixxi miżura ammissibbli u xierqa biex tiġi ddeterminata l-portata tad-dritt għal tnaqqis, meta l-kunsinni ta’ beni (materjal ta’ kostruzzjoni) u l-provvisti ta’ servizzi (ħaddiema neċessarji għall-kostruzzjoni ta’ bini) jirriżultaw minn persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1)