10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Ministru tal-Finanzi vs Komun ta’ Wrócław
(Kawża C-665/16)
(2017/C 112/23)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sad Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministru tal-Finanzi
Konvenut: Komun ta’ Wrócław
Domandi preliminari
1) |
“It-trasferiment, skont il-liġi, tal-proprjetà ta’ beni immobbli ta’ komun lit-Teżor pubbliku bi ħlas ta’ kumpens, meta mill-ordinament ġuridiku nazzjonali jirriżulta li dawn il-beni immobbli jkomplu jiġu mmaniġġjati mis-sindku tal-komun, li huwa fl-istess ħin ir-rappreżentant tat-Teżor pubbliku u l-organiżmu eżekuttiv tal-komun, jikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)? |
2) |
Għall-finijiet tar-risposta għad-domanda preċedenti, huwa importanti li l-ħlas tal-kumpens lill-komun huwa ta’ natura reali jew li jirrigwarda sempliċi moviment intern għall-baġit tal-komun?” |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1 kif emendata.