26.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-17 ta’ Marzu 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Gmina Ryjewo
(Kawża C-140/17)
(2017/C 202/16)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Szef Krajowej Administracji Skarbowej
Konvenuta: Gmina Ryjewo
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikoli 167, 168 u 184 et seq tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità, muniċipalità għandha d-dritt li tnaqqas (billi twettaq aġġustament) it-taxxa tal-input imħallsa fuq in-nefqa tal-investiment tagħha fil-każ fejn:
|
2) |
Huwa rilevanti, għar-risposta għall-ewwel domanda, il-fatt li fiż-żmien fejn il-merkanzija kapitali ġiet prodotta jew akkwistata, l-intenzjoni tal-muniċipalità li tuża din il-merkanzija fil-futur sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli ma ġietx indikata b’mod ċar? |
3) |
Huwa rilevanti, għar-risposta għall-ewwel domanda, il-fatt li l-merkanzija kapitali għandha tintuża għall-iskop li jitwettqu kemm tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll tranżazzjonijiet mhux taxxabbli (b’rabta mal-eżekuzzjoni tal-kompiti ta’ awtorita pubblika) u li ma huwiex possibbli li nefqa tal-investiment speċifika tiġi attribwita lil waħda mill-kategoriji ta’ tranżazzjoni msemmija hawn fuq? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1.