Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-17 ta’ Marzu 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Gmina Ryjewo

(Kawża C-140/17)

(2017/C 202/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenuta: Gmina Ryjewo

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikoli 167, 168 u 184 et seq tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità, muniċipalità għandha d-dritt li tnaqqas (billi twettaq aġġustament) it-taxxa tal-input imħallsa fuq in-nefqa tal-investiment tagħha fil-każ fejn:

fil-perijodu inizjali ta’ wara l-produzzjoni (akkwist), il-merkanzija kapitali ntużat għall-għanijiet ta’ qasam ta’ attività mhux taxxabbli (b’rabta mal-eżerċizzju, mill-muniċipalità, tal-kompiti ta’ awtorità pubblika fi ħdan il-kamp ta’ responsabbiltà tagħha); u

l-użu li jsir mill-merkanzija kapitali inbidel u fil-futur din għandha tintuża mill-muniċipalità anki sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli?

2)

Huwa rilevanti, għar-risposta għall-ewwel domanda, il-fatt li fiż-żmien fejn il-merkanzija kapitali ġiet prodotta jew akkwistata, l-intenzjoni tal-muniċipalità li tuża din il-merkanzija fil-futur sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli ma ġietx indikata b’mod ċar?

3)

Huwa rilevanti, għar-risposta għall-ewwel domanda, il-fatt li l-merkanzija kapitali għandha tintuża għall-iskop li jitwettqu kemm tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll tranżazzjonijiet mhux taxxabbli (b’rabta mal-eżekuzzjoni tal-kompiti ta’ awtorita pubblika) u li ma huwiex possibbli li nefqa tal-investiment speċifika tiġi attribwita lil waħda mill-kategoriji ta’ tranżazzjoni msemmija hawn fuq?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.