Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Litwanja) fis-27 ta’ Marzu 2017 – SIA “E LATS”

(Kawża C-154/17)

(2017/C 195/18)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “E LATS”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Il-punt (1) tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet użati mixtrija minn rivenditur, li jkollhom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż (bħal f’dan il-każ) u li jerġgħu jinbiegħu primarjament sabiex jinkisbu dawn il-metalli u dan il-ħaġar, jistgħu jitqiesu li huma oġġetti użati?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, sabiex tiġi llimitata l-applikazzjoni ta’ din is-sistema partikolari, huwa rilevanti li r-rivenditur jkun jaf bl-intenzjoni ulterjuri tax-xerrej li jikseb il-metalli prezzjużi jew il-ħaġar prezzjuż li jkunu jinsabu f’dawn ix-xogħlijiet użati, jew huma rilevanti l-karatteristiċi oġġettivi tat-tranżazzjoni (il-kwantità tal-prodotti, l-istatus legali tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni, eċċ.)?


(1)  ĠU L 347, p. 1.