Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Marzu 2017 – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanțelor Publice – Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Fizice

(Kawża C-159/17)

(2017/C 221/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius

Konvenuti: Ministerul Finanțelor Publice – Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Serviciul Soluționare Contestații, Agenția Națională de Administrare Fiscală – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Galați – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Constanța – Serviciul Inspecție Fiscală Persoane Fizice

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 167, 168, 169, 179, 213(1), 214(1)(a) u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, timponi fuq il-persuna taxxabbli, li r-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT ġiet annullata, l-obbligu li tħallas lill-Istat il-VAT miġbura matul il-perijodu li fih in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT kien annullat, mingħajr madankollu ma jiġi rrikonoxxut id-dritt tiegħu li jnaqqas il-VAT relatata mal-akkwisti magħmula matul dak il-perijodu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (GU 2006, L 347, p. 1).