14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Marle Participations SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-320/17)
(2017/C 269/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marle Participations SARL
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Domanda preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk u, meta jkun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-kiri ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija holding lil sussidjarja ifissirx intervent dirett jew indirett fil-ġestjoni ta’ din is-sussidjarja li jkollu bħala effett li lill-akkwist u liż-żamma ta’ ishma ta’ din is-sussidjarja tingħata n-natura ta’ attivitajiet ekonomiċi fis-sens tad-direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1).
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).