Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Arex CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-414/17)

(2017/C 300/28)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Arex CZ a.s.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Għandha titqies bħala persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), kwalunkwe persuna taxxabbli? Jekk dan ma huwiex il-każ, għal liema persuni taxxabbli tapplika din id-dispożizzjoni?

2)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT japplika għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali (jiġifieri għal sitwazzjoni fejn il-persuna li takkwista l-prodotti hija persuna taxxabbli rreġistrata għat-taxxa), din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, fejn il-kunsinna jew it-trasport ta’ dawn il-prodotti ssir konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2), tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (3) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar id-dazju tas-sisa”), hemm lok li titqies bħala kunsinna li tagħti d-dritt għal eżenzjoni skont din id-dispożizzjoni, il-kunsinna li għandha rabta mal-proċeduri previsti mid-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa, minkejja li ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-imputazzjoni tat-trasport tal-merkanzija għal tranżazzjoni oħra?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-merkanzija hija ttrasportata taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, huwa ċirkustanza determinati sabiex jiġi stabbilit għal liema mill-kunsinni suċċessivi għandu jiġi imputat it-trasport għall-finijiet tad-dritt għal eżenzjoni mill-VAT skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.

(2)  ĠU 2009, L 9, p. 12.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.