Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Lulju 2017 – Szef Krajowej Administracji Skarbowej vs Polfarmex Spółka Akcyjna stabbilita f’Kutno

(Kawża C-421/17)

(2017/C 357/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Konvenuti: Polfarmex Spółka Akcyjna stabbilita f’Kutno

Domanda preliminari

It-trasferiment ta’ proprjetà immobbli minn kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata lil azzjonist bħala korrispettiv għall-fidi tal-ishma tiegħu, huwa suġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?


(1)  GU 2006, L 347, p. 1.