Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fil-31 ta’ Lulju 2017 – SGI vs Ministre de l’Action et des Comptes Publics

(Kawża C-459/17)

(2017/C 347/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SGI.

Konvenuta: Ministre de l’Action et des Comptes Publics

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva dwar il-VAT, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ġew riprodotti essenzjalment fl-Artikolu 168 tad-direttiva tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi rrifjutat id-dritt għal persuna taxxabbli li tnaqqas, mit-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha tħallas minħabba t-tranżazzjonijiet tagħha stess, it-taxxa imposta fuq fatturi li jikkorrispondu għal beni jew provvisti ta’ servizzi li l-amministrazzjoni fiskali tistabbilixxi li fil-fatt ma ġewx ipprovduti lill-persuna taxxabbli, huwa neċessarju, fil-każijiet kollha, li jiġi eżaminat jekk ġiex stabbilit li dik il-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li din it-tranżazzjoni kienet konnessa ma’ frodi fit-taxxa fuq il-valur miżjud, irrispettivament minn jekk din il-frodi twettqitx mill-persuna li ħarġet il-fattura, mill-persuna li rċeviet il-fattura jew minn terzi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).