Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Prahova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

(Kawża C-495/17)

(2017/C 369/07)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Prahova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartrans Spedition Srl

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-eżenzjoni tal-VAT għat-tranżazzjonijiet u għas-servizzi tat-trasport marbuta mal-esportazzjoni ta’ beni, konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), il-carnet TIR iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-beni huwa dokument li jagħti prova tal-esportazzjoni tal-beni ttrasportati, b’kunsiderazzjoni għall-proċedura skont dan id-dokument prevista fil-Manwal dwar it-Tranżitu għas-sistema TIR tal-kumitat tal-kodiċi doganali – sezzjoni tranżitu tad-Direttorat Ġenerali Tassazzjoni u Għaqda Doganali tal-Kummissjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 153 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi fiskali li timponi lil persuni taxxabbli jipproduċu prova tal-esportazzjoni tal-beni ttrasportati esklużivament permezz tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni u li tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tal-VAT għas-servizzi tat-trasport ta’ beni esportati fl-assenza ta’ tali dikjarazzjoni, minkejja l-eżistenza ta’ carnet TIR iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-imsemmija beni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.