Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – C&D Foods Acquisition ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-502/17)

(2017/C 347/27)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C&D Foods Acquisition ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kumpannija holding għandha d-dritt għal tnaqqis sħiħ tal-VAT fuq servizzi tal-input fil-kuntest ta’ proċedura ta’ “due diligence” marbuta ma’ proġett ta’ trasferiment, mhux ikkompletat, tal-azzjonijiet ta’ sussidjarja li lilha kienet tipprovdi servizzi taxxabbli ta’ ġestjoni u ta’ informatika?

2)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti tiġi affettwata mill-fatt li l-prezz tal-provvisti ta’ servizzi taxxabbli ta’ ġestjoni u ta’ informatika, ipprovduti mill-kumpannija holding fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha, huwa ammont fiss li kien ġie ddeterminat abbażi tal-ispejjeż salarjali tal-kumpannija holding miżjuda b’10 %?

3)

Irrispettivament mir-risposti mogħtija għad-domandi preċedenti, jista’ jkun hemm dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq l-ispejjeż ta’ konsulenza inkwistjoni f’din il-kawża jekk dawn jitqiesu bħala spejjeż ġenerali u, jekk dan ikun il-każ, b’liema kundizzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).