Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-28 ta’ Novembru 2017 – Tratave-Tratamento de Águas Residuais do Ave SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-672/17)

(2018/C 052/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tratave – Tratamento de Águas Residuais do Ave SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ newtralità u l-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 78(11) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), interpretata fis-sens li, fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, it-taxxa tista’ tiġi aġġustata biss ladarba jiġi kkomunikat l-annullament tat-taxxa lix-xerrej tal-oġġett jew tas-servizz, li jkun il-persuna taxxabbli, għall-iskopijiet tar-rettifika tat-tnaqqis magħmul inizjalment?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ta’ newtralità u l-Artikolu 90 tad-Direttiva 2006/112/KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 78(11) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado, interpretata fis-sens li, fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, it-taxxa ma tistax tiġi aġġustata meta l-komunikazzjoni tal-annullament tat-taxxa lix-xerrej tal-oġġett jew tas-servizz, li jkun il-persuna taxxabbli, ma ssirx qabel tmiem it-terminu previst għat-tnaqqis tat-taxxa skont l-Artikolu 98(2) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).