Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-20 ta’ Diċembru 2017 – EN.SA. Srl vs Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

(Kawża C-712/17)

(2018/C 112/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EN.SA. Srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso

Domandi preliminari

F’sitwazzjoni fejn tranżazzjonijiet meqjusa bħala fittizji ma kkawżawx dannu lit-Teżor Pubbliku u ma taw ebda vantaġġ fiskali lill-persuna taxxabbli, id-dritt nazzjonali, jiġifieri l-applikazzjoni tal-Artikoli 19 (dwar it-tnaqqis) u 21(7) (fatturazzjoni tat-tranżazzjonijiet) tad-decreto del Presidente della Repubblica (id-Digriet tal-President tar-Repubblika) Nru 633, tas-26 ta’ Ottubru 1972, u tal-Artikolu 6(6) tad-decreto legislativo (id-Digriet Leġiżlattiv) Nru 471, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (ksur tal-obbligi fil-qasam tad-dokumenti ta’ kontabbiltà, reġistrazzjoni u individwalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet), huwa konformi mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif elaborati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li l-implementazzjoni simultanja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tiddetermina:

a)

in-nuqqas ta’ tnaqqis repetut tat-taxxa fuq l-akkwist miċ-ċessjonarju u dan għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet kontenzjużi li jinvolvu l-istess suġġett u li għandhom l-istess valur taxxabbli;

b)

l-applikazzjoni tat-taxxa u l-ħlas tagħha miċ-ċedent (u l-esklużjoni tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament) għat-tranżazzjonijiet ta’ ċessjoni korrispondenti u paralleli, ukoll ikkunsidrati bħala fittizji;

c)

l-applikazzjoni ta’ multa għal ammont daqs dak tat-taxxa meqjusa li ma titnaqqasx.