Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Frar 2018 – A-PACK CZ, s r.o. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-127/18)

(2018/C 152/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A-PACK CZ, s.r.o.

Konvenuti: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 90(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi interpretat, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu, permezz ta’ leġiżlazzjoni derogatorja, kundizzjonijiet li, għal ċerti każijiet, jeskludu tnaqqis tal-ammont taxxabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas parzjali jew totali?

2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil persuna taxxabbli għall-VAT tikkorreġi l-ammont tal-VAT jekk ġiet suġġetta għall-obbligu li tiddikjara t-taxxa minħabba li pprovdiet provvista taxxabbli lil persuna taxxabbli oħra li ma ħalsietx, jew ħalset biss parzjalment, il-provvista u li sussegwentement waqfet milli tkun persuna taxxabbli tmur kontra l-għan tal-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU L 347, 11 ta’ Diċembru 2006, p. 1.