Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Glencore Agriculture Hungary vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-189/18)

(2018/C 221/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glencore Agriculture Hungary Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT (1) kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u prattika nazzjonali li tibbaża fuqha li bis-saħħa tagħhom il-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali (kuntratt, tranżazzjoni) li tikkonċerna l-obbligu fiskali, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa bħala riżultat ta’ proċedura implimentata mingħand waħda mill-partijiet għall-imsemmija rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi fil-kawża prinċipali) u li jimplikaw klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rabta legali għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ ta’ parti oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi fil-kawża prinċipali), fid-dawl tal-fatt li l-parti l-oħra għar-rabta legali ma għandha ebda dritt, b’mod partikolari d-drittijiet marbutin mal-locus standi, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini?

2)

Għal każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda b’risposta negattiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprekludu prattika nazzjonali li tippermetti proċedura bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda b’tali mod li l-parti l-oħra għar-rabta legali (d-destinatarju tal-fatturi) ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ tal-oriġini, drittijiet marbutin mal-locus standi, u ma jistax lanqas jeżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ li tagħha l-konstatazzjonijiet għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tal-parti l-oħra u jistgħu jinżammu responsabbli ta’ din tal-aħħar, peress li l-awtorità tat-taxxa ma tqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-parti l-oħra l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mingħand l-ewwel parti fir-rabta legali (l-persuna li ħarġet il-fatturi), b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lill-parti l-oħra biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?

3)

Għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva VAT kif ukoll, fir-rigward tagħhom, il-prinċipju fundamentali tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fis-sens li jipprekludu prattika nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-konstatazzjonijiet, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-partijiet fir-rabta legali li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa, li jsiru mill-awtorità tat-taxxa fir-riżultat ta’ proċedura implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi u li jimplikaw il-konstatazzjoni li l-imsemmija persuna li ħarġet il-fatturi pparteċipat fi frodi tat-taxxa attiva għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa matul l-istħarriġ tad-destinatarju tal-fatturi, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi destinatarju ma għandux, fil-proċedura tal-istħarriġ implimentata mill-persuna li ħarġet il-fatturi, drittijiet marbutin mal-locus standi, u ma tistax għalhekk lanqas teżerċita dritt ta’ rikors fil-kuntest ta’ proċedura tal-istħarriġ li l-konstatazzjonijiet tagħha għandhom jitqiesu ex officio mill-awtorità tat-taxxa fil-proċedura tal-istħarriġ li tikkonċerna l-obbligu tat-taxxa tad-destinatarju u jistgħu jinżammu fir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar, u fid-dawl tal-fatt li l-awtorità tat-taxxa ma tqegħedx għad-dispożizzjoni tad-destinatarju l-fajl rilevanti tal-istħarriġ li twettaq mill-persuna li ħarġet il-fatturi, b’mod partikolari d-dokumenti wara kwalunkwe sejba, il-minuti u d-deċiżjonijiet amministrattivi, iżda tikkommunikalha biss parti, f’forma ta’ sommarju, peress li l-awtorità tat-taxxa tagħti b’hekk konjizzjoni tal-fajl lid-destinatarju biss indirettament, billi tagħmel għażla skont kriterji li huma xierqa għaliha u li fuqhom il-parti l-oħra ma tista’ teżerċita ebda stħarriġ?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).