Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Mydibel SA vs État belge

(Kawża C-201/18)

(2018/C 182/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mydibel SA

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

L-Artikoli 14, 15, 168, 184, 185, 187 u 188 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod li jkun hemm jew le reviżjoni/regolarizzazzjoni tal-VAT fuq proprjetà immobbli ta’ investiment li inizjalment ġiet dedotta b’mod korrett, meta din il-proprjetà immobbli ta’ investiment kienet is-suġġett ta’ tranżazzjoni “sale and lease back” (bejgħ u kiri lura), premess illi:

is-“sale lease back” jinħoloq bl-għoti konġunt u simultanju ta’ dritt ta’ enfitewsi (bħala dritt reali temporanju) mill-persuna taxxabbli lil żewġ istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ leasing minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji lill-persuna taxxabbli;

din it-tranżazzjoni “sale lease back” tikkostitwixxi tranżazzjoni purament finanzjarja sabiex iżżid l-assi likwidi tal-persuna taxxabbli;

it-tranżazzjoni “sale and lease back” (bejgħ u kiri lura) ma hijiex suġġetta għall-VAT;

il-proprjetà immobbli ta’ investiment baqgħet fil-pussess tal-persuna taxxabbli u intużat għall-attività taxxabbli tal-persuna taxxabbli b’mod mhux interrott u fit-tul, kemm qabel kif ukoll wara t-tranżazzjoni.

Interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet imsemmija iktar ’il fuq li jwasslu għal reviżjoni/regolarizzazzjoni tal-VAT inizjalment dedotta, huma konformi mal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT u/jew il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament?


(1)  ĠU L 347, p. 1.