2.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Budimex S.A.
(Kawża C-224/18)
(2018/C 231/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budimex S.A.
Konvenut: Minister Finansów
Domanda preliminari
Meta l-partijiet fi tranżazzjoni jkunu qablu li l-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni huwa suġġett għall-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni tagħhom mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet, espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni, għandu jitqies, fil-kuntest ta’ tali tranżazzjoni, li l-provvista ta’ servizzi twettqet, fis-sens tal-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-mument tal-eżekuzzjoni effettiva tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ installazzjoni, jew inkella fil-mument tal-aċċettazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-persuna li tordna dawn ix-xogħlijiet espressa fil-kitba formali ta’ aċċettazzjoni?
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1.