Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Marzu 2018 – Grupa Lotos S.A. vs Minister Finansów

(Kawża C-225/18)

(2018/C 231/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupa Lotos S.A.

Konvenut: Minister Finansów

Domanda preliminari

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità jmorru kontra regolamentazzjoni bħal dik stabbilita fil-punt 4 tal-Artikolu 88(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Dz.U. 2011, Nru 177, intestatura 1054, kif emendata; attwalment Dz.U. 2017, intestatura 1221, kif emendata), li skontha s-servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni mixtrija mill-persuna taxxabbli ma jagħtux lok għal tnaqqis tal-ammont jew għal restituzzjoni tad-differenza fit-taxxa dovuta, bl-eċċezzjoni tax-xiri ta’ ikliet lesti għal passiġġieri mill-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi ta’ trasport ta’ persuni, inkluż f’sitwazzjoni fejn din ir-regolamentazzjoni ġiet introdotta fil-liġi fuq il-bażi tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill [77/388/KE] tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (2)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.